Illum għall-ħabta tal-16:40 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha ġewwa Triq il-Karwija, Ħal Safi.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari irriżulta li raġel ta’ 32 sena, li jirrisjedi ż-Żurrieq, tilef il-kontrol tal-mutur tiegħu Kymco. Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li ħadet lir-raġel ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Huwa ġie ċċertifikat li għandu ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin