Għall-ħabta tas- 06:00 ta’ dalgħodu, mara ta’ 57 sena, minn San Ġiljan, intlaqtet minn karozza tat-tip Honda Civic misjuqa min ġuvni ta’ 28 sena, mill-Imdina, fi Triq il-Missjunarji Maltin, fil-Mosta.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post flimkien ma’ ambulanza li ħadet lill-mara ta’ 57 sena ġewwa l-isptar Mater Dei għall-aktar kura meħtieġa. Hija ġiet iċċertifikata li għandha ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.