Għall-ħabta tal-10:30 ta' dalgħodu, il-Pulizija rċevew rapport li xi nies raw karozza taqa' l-isfel mill-irdum tal-Aħrax tal-Mellieħa. Il-persuni li rrapportaw l-inċident qalu li raw karozza, b'tal-inqas persuna waħda fiha ssuq b'veloċità eċċessiva viċin tat-tarf tal-irdum, qabel din waqgħet għal isfel.
Il-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, flimkien mal-Pulizija il-Forzi Armati u team mediku kienu fuq il-post, jaħdmu sabiex jassistu f'dan l-inċident u jipprouvaw joħroġu lir-raġel li kien maqbud fil-karozza.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili niżlu mal-irdum bi ħbula li rabtu mal-fire engine sabiex jaslu sal-kaorzza u jassistu s-sewwieq, iżda kif irnexxielhom jaslu sa ħdejn il-karozza, sabu lis-sewwieq ta' 27 sena mejjet.
Ir-raġuni li wasslet biex il-karozza taqa' mill-irdum għal isfel għada mhux magħrufa.