Uffiċjal tal-pulizija Franċiż inqatel b'tiri wara sparaturi f'Pariġi. Il-każ seħħ ftit tal-ħin ilu fit-triq ferm popolari ta' Champs-Elysées fejn persuna fetħet in-nar u qatlet uffiċjal tal-pulizija u indarab ukoll uffiċjal ieħor.
L-aċċess għal din iż-żona ngħalaq kollu f'sitwazzjoni ta' operazzjoni ta' sigurtà. Rapporti qed isostnu wkoll li l-aggressur inqatel ukoll f'dan l-attakk.
Dan il-każ jiġi ftit jiem biss qabel jinbedew l-elezzjonijiet fi Franza, nhar il-Ħadd li ġej.