It-terrorista tal-ISIS li kien wara l-attakk f’Pariġi lbieraħ, li ħalla pulizija mejjet u lilu stess kien identifikat bħala Karim Cheurfi li għandu l-isem tiegħu tal-gwerra Abu Yousuf il-Belġjan. Għandu 39 sena u permezz tat-Telegram kien għġamel diversi theddidiet li jrid joqtol aktar pulizija.
Il-qattiel twieled Franza u kien jgħix f'Chelles viċin Pariġi f’Seine-et-Marne. Fl-2001, 16-il sena ilu kien spara fuq żewġ pulizija wara li kien inqabad f’karozza misruqa fejn ferihom gravi iżda ma rnexxilux joqtolhom. Sentejn wara kien kundannat għal 20 sena ħabs f’ħabs ta’ sigurtà għolja, iżda nħareġ qabel iż-żmien b’appell fil-qorti biex b’hekk ingħata l-liberta li jerġa' joqtol.
Sadattant, il-pulizija għamlet raid id-dar fejn kien joqgħod fejn sabu diversi armi u munizzjon. Karim waqaf bil-karrozza Audi tiegħu u beda jispara fuq karrozza tal-pulizija li taħdem fil-kontroll tat-traffiku. Il-pulizija maqtul kien ix-xufier tal-istess karozza li dak il-ħin kien qed jiekol ‘snack’ meta ġie maqtul. Sadattant l-ISIS ħarġu stqarrija li huma respondabbli mill-attakk fuq Pariġi.
F’dan l-attakk f’Champs Elysees kienu feruti żewġ pulizija oħra u turista filwaqt li fil-viċinanzi kien qed isir dibattitu politiku tlett ijiem qabel l-elezzjonijiet fi Franza. Il-pulizija bħalissa qed ifittxu suspettat ieħor.