Ilbieraħ għall-ħabta tas-19:15, il-Pulizija ġew infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħhom fi Triq il-Korp tal-Pijunieri, San Pawl il-Baħar.
Il-Pulizija mid-Distrett tal-Qawra marru minnufih fuq il-post fejn sabu raġel Rumen mitluq mal-art f’għadira demm. Għaldaqstant fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-ittma l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
Huwa mifhum li r-Rumen sofra dawn il-ġrieħi wara argument li kellu ma' persuna ta' nazzjonalità Serba.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom ghaddejjin.