Żewġ anzjani jindarbu gravi wara li nqallbu bil-karozza

Ir-raġel u l-mara minn Ħad Dingli ttieħdu l-isptar wara l-inċident f’Ħad Dingli stess

Ritratt minn tvm.com.mt
Ritratt minn tvm.com.mt

Għall-ħabta tas-13:51 ta’ wara nofsinhar, fi Triq ir-Rabat, Ħad Dingli, żewġ anzjani, mara ta’ 77 sena u raġel ta’ 79 sena, it-tnejn minn Ħad Dingli, tilfu l-kontrol tal-vettura tagħhom tat-tip Mitsubishi Pajero Junior u nqallbu.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post, flimkien ma’ Ambulanza li ġiet imsejħa fuq il-post biex tieħu liż-żewġ anzjani l-isptar Mater Dei fejn it-tnejn li huma ġew iċċertifikati li qed isofru minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

 

More in Kronaka