Illum, għall-ħabta tas-14:20 p.m. l-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Blue Lagoon, Kemmuna. Minn stħarriġ preliminari li sar mill-Pulizija ta’ Kemmuna, irriżulta li raġel ittella’ mill-baħar minn xi nies wara li ntlemaħ mitluf minn sensih f’wiċċ l-ilma.
Ir-raġel li huwa Pollakk u għandu 61 sena, ingħata l-ewwel għajnuna iżda sfortunatament ġie iċċertifikat mejjet minn tabib li ssejjaħ fuq il-post flimkien ma’ team mediku. Il-Forzi Armati ta’ Malta kienu wkoll fuq il-post sabiex jassistu.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr P Coppini LLD. li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.