Il-mod kif qed iġib ruħu l-akkużat qed iħalli dubju jitlaqx mill-pajjiż

L-Imħallef Antonio Mizzi ma jċċettax talba għall-ħelsien mill-arrest għal Andrew Mangion

akkużat bil-qtil ta' martu...
akkużat bil-qtil ta' martu...

It-talba ta' Andrew Mangion, li qed ikun akkużat bil-qtil ta' martu Eleanor Mangion Walker,  għall-ħelsien mill-arrest reġgħet ma kinitx milqugħa għat-tieni darba. Nhar it-Tlieta l-Avukat ta' Mangion Joe Gilglio argumenta illi 10 xhur minn meta l-akkużat kien arrestat m'hemmx riskju li b'xi mod l-akkużat jista jbagħbas l-evidenza. Gilgio kien argumenta li l-oġġezzjoni tal-Avukat Ġenerali kienet mibnija fuq raġunijiet fantażma, meta inizzjalment il-ħelsien mill-arrest ma kienx mogħti minħabba biża ta' tbagħbis tal-evidenza.  

L-Imħallef Antonio Mizzi innota li xhurd wieħed kien għad irid jixhed u li "fl-opinjoni ta' din il-Qorti l-mod kif ix-xhud qed iġib ruħu l-akkużat huwa tali li mhux qed iħalli raġuni biex temmen, sa issa, li mhux se jistaħba jew jitlaq mill-pajjiż." 


 

 

More in Kronaka