Raġel mistenni jittella l-Qorti hekk kif, skont is-sit tvm.com.mt, dan prova jaħraq mara ta' 28 sena u tifel f'karozza. Jidher illi r-raġel ħareġ mill-karozza u beda jitfa' l-fjuwil fuq il-karozza biex ikun jista' jaħraq lit-tnejn ħajjin, imma kemm il-mara u anke t-tifel laħqu ħarġu u marru jistaħbew f'parapett fil-qrib.
Jidher illi r-raġel mar jiġri wara l-mara b'katina u lighter u kien irnexxielu jdawwar il-katina m'għonq il-vittma.
Ir-raġel bħalissa jinsab il-Qorti wara li ttella iktar kmieni dalgħodu.
Intant il-Maġistrat Ian Farrugia qal illi kien evidenti li kollox kien jistrieħ fuq ix-xhieda tal-allegati vittmi u għalhekk ċaħad it-talba għal ħelsien mill-arrest, minħabba dak li ddeskriva bħala riskju reali tal-evidenza.
Meta indirizza lill-akkużat, il-Maġistrat sostna li dan kien l-ewwel pass fi proċess twil u l-Qorti ddeċidiet li għandu jibqa' taħt il-kustodja tal-pulizija għall-ġid ta' dawk kollha involuti.
Intant apparti r-raġel ta' 26 sena qed jitressaq ukoll żgħażugħ ta' 21 sena li qed ikun akkużat b'kompliċità.