Kien għall-ħabta tas-siegħa ta' wara nofsinhar illi bdiet operazzjoni qawwija ta' tfittxija mill-iskwadra ta' kontra d-droga fil-Marsa, quddiem it-Tiger Bar. Kienu bosta il-membri tal-istess skwadra li niżlu bil-klieb fuq il-post b'agħa kbira tqum fiż-żona.
Is-sit maltatoday.com.mt qed jirraporta kif mir-raid li sar, quddiem l-attenzjoni ta' diversi kmamar tal-aħbarijiet, jidher illi kien hemm sejba ta' kannabis, kem naturali u anke sintetika f'diversi stadji ta' proċessar.
Intant minn dan ir-raid kienu arrestati b'kollox ħamsa minn nies, tnejn minnhom li jidher li huma Maltin.