Tarbija ta' sena ttieħdet l-Isptar Mater Dei b'urġenza fejn ġiet ċertifikata li qed issofri ġrieħi ta' natura gravi wara li l-karozza li kienet qiegħda fiha kenet involuta f'inċident tat-traffiku.
L-inċident seħħ iktar kmieni dalgħodu għall-ħabta tat-8:20am, meta l-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Kunsill ta’ l-Ewropa, Ħaż- Żabbar.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar,irriżulta li vettura Toyota IQ misjuq min raġel ta’ 20 sena, li jirrisjedi Birżebbuġa, u li kellu tarbija ta’ sena miegħu, għal xi raġuni kellu impatt ma’ karrozza tal-linja li kienet ipparkjata.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lit-tarbija l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard it-tifel ġie iċċertifikata li qes isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.