Ilejla, għall-ħabta tal-5:10 p.m., il-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident fi Triq l-Imġarr, il-Qala, Għawdex.
Minn stħarriġ preliminari li għamlu l-Pulizija tad-Distrett, irriżulta li raġel ta’ 64 sena residenti l-Qala waqa’ madwar sular wara li ċedew l-balavostri tal-gallerija tar-residenza tiegħu. Għaldaqstant ġiet imsejħa ambulanza sabiex tassisti lill-vittma iżda sfortunatament huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Dr J. Cuschieri LL.D. li orndat li ssir Inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.