Koppja anzjana jibqgħu mixħuta mal-art flimkien wara l-attakk f'Barċellona

13-il persuna baqgħu mejta wara l-attakk, u iktar minn 100 persuna midruba | Il-pulizija toqtol 5 terroristi b'ċintorini tal-isplussiv u jevitaw attakk ieħor

Żewġ anzjani mixħutin fuq il-bankina wara l-attakk f'Las Ramblas f'Barċellona
Żewġ anzjani mixħutin fuq il-bankina wara l-attakk f'Las Ramblas f'Barċellona

Koppja anzjana kienu fost dawk il-vittmi li ntlaqtu mill-aggressur waqt l-attakk fl-aktar triq turistika popolari f'Barċellona, Las Ramblas. Ritratt li beda jiċċirkola ftit ħin wara l-attakk wera koppja anzjana flimkien mixħuta mal-art fuq il-bankina wara li kienu ttajru mill-vann qattiel.

L-attakk imdemmi tal-bieraħ ħalla 13-il persuna mejta u iktar minn 100 persuna midruba li qegħdin jingħataw il-kura fi 15-il sptar differenti madwar il-belt.

L-attakk beda l-bieraħ waranofsinhar meta vann mikri tela' fit-triq ta' Las Ramlas u għadda f'forma ta' zigzag minn fuq in-nies li kienu għaddejjin, u ħalla ħerba sħiħa. Ix-xufier responsabbli ħarab minn fuq il-post mill-ewwel, waqt li l-Pulizija żammet żewġ persuni b'rabta mal-każ imma l-ebda wieħed minnhom ma  kien ix-xufier.

Iktar tard, seħħ attakk ieħor fil-belt ta' mal-kosta ta' Cambrils lil hinn minn Barċellona fis-sigħat bikrin tal-Ġimgħa. Hemmhekk, karozza oħra baqgħet dieħla fin-nies u darbet sitt persuni u pulizija. Hemmhekk, il-Pulizija sparat fuq ħames suspettati li xi wħud minnhom kienu lebsin ċinturini tal-isplussiv. 

More in Kronaka