Sfida fuq Twitter timmaterjalizza

Jake Peachey ta' 16-il sena mmultat €200 wara li invada l-grawnd waqt il-logħba bejn Malta u l-Ingilterra

Ritratt ta'MARTIN AGIUS - AMIPP ASIFGP
Ritratt ta'MARTIN AGIUS - AMIPP ASIFGP

Jake Peachey ta’ 16-il sena, kien immultat €200 wara li waqt il-logħba bejn Malta u l-Ingilterra, invada l-pitch.

Peachey beda din l-'avventura' bi tweet, fejn dan qal li jekk jirċievi 400 retweet, hu jaqbeż fil-grawnd waqt il-logħba. Ftit tal-ħin wara, it-tweet tiegħu kienet ġabret mal-4,000 retweet.

Il-filmat ta’ din ‘l-avventura’ ġie mxerred minn eluf ta’ nies fuq il-midja soċjali.

Il-pulizija preżenti fl-istadium Nazzjonali ta' Ta' Qali mill-ewwel ġriet wara ż-żagħżugħ filwaqt li wara dehru jeskortawh 'il barra mill-grawnd ftit tal-ħin wara l-att. 

It-tweets ta' Jake Peachey qabel din l-isfida
It-tweets ta' Jake Peachey qabel din l-isfida

Li individwu jinvadi l-grawnd huwa meqjus bħala ksur ta' liġi.

Peachey illum reġa' rrikorra lejn Twitter biex jaġġorna lin-nies fuq is-sitwazzjoni tiegħu, huwa kiteb ‘€200 multa, possibbilità ta’ life time ban mill-FA, lejl f'ċella u sena projbit milli jidħol ġo grawnd f'Malta.. però kienet worthit.

 

 

More in Kronaka