Żagħżugħ ta’ 27 sena minn Ħal Lija ttieħed l-isptar b’ambulanza wara li sofra ġrieħi gravi f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq l-aħwa Galea fil-Mosta. L-inċident seħħ fis-6.10 ta’ dalgħodu bejn il-mutur li kien qed isuq iż-żagħżugħ u karozza misjuqa minn raġel ta’ 54 sena mill-Mosta wkoll. Ir-raġel ma sofra l-ebda ġrieħi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.