Żewġ Rumeni ta’ 59 sena u 67 sena nżammu arrestati wara li tressqu l-Qorti akkużati li kienu parti minn grupp ta’ persuni li kienu qed jisiru lin-nies li jattendu l-funzjonijiet reliġjużi fir-Rotunda tal-Mosta. Huma kienu akkużati li fit-13 ta’ Settembru li għadda serqu kartiera.
Ir-Rumeni qalu li kienu ħatja tal-akkużi mressqa kontrihom. Il-Qorti ġiet aġġornata biex tiġi deċiża s-sentenza, bil-każ se jkompli jinstema’ x-xahar id-dieħel hekk kif ir-Rumeni lanqas ma talbu għall-ħelsien mill-arrest.
Fuq dan il-każ, il-Pulizija huma tal-fehma li mar-Rumeni kien hemm persuni oħra kompliċi.