Raġel fis-sakra jitwaqqaf mill-Pulizija b'taser

Huwa ngħata s-sentenza ta’ sena priġunerija

Raġel ta’ 35 sena tressaq arrestat il-Qorti wara li daħal fis-sakra u kien vjolenti fl-għassa tal-Pulizija fl-Imsida. Huwa kien akkużat li hedded tliet kuntistabbli tal-Pulizija, ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu, kiser il-paċi pubblika u li kiser il-kundizzjonijiet li ġew imposti fuqu mill-Qorti f’sentenza sospiża oħra fejn kien ingħata l-libertá proviżorja.

Il-Pulizija kellhom jużaw it-taser gun biex waqqfu lir-raġel meta daħal fl-għassa. Huwa ngħata s-sentenza ta’ sena priġunerija u tilef il-garanzija ta’ €5,000 li fuqhom kien ingħata l-libertá proviżorja fuq il-każ l-ieħor. Il-Maġistrat talab li l-awtoritajiet fil-Faċilitá Korrettiva ta’ Kordin għandhom jagħtu l-assistenza kollha meħtieġa lir-raġel biex jegħleb il-viżju tax-xorb.

More in Kronaka