Paniku u ġenn ħakmu l-istazzjon tal-underground ta' Londra ta' Parsons Green iktar kmieni dalgħodu wara allegata splużjoni f'din l-istazzjon. Kawża ta' dan, in-nies preżenti telqu jiġru 'l barra bil-konsegwenza li kien hemm ħafna rassa u ġenn sabiex joħroġu mill-istazzjon.
Persuni li kienu preżenti rrappurtaw kif kien hemm numru ta' persuni li sfaw midruba, u li kienu qegħdin jingħataw l-assistenza mill-ambulanzi li ntbagħtu fuq il-post. Ġiet innutata wkoll preżenza qawwija ta' pulizija armata fiż-żona.
Minħabba l-każ, il-linja tal-Underground, 'District Line' ġiet parzjalment sospiża bejn il-waqfiet ta' Earls Court u Wimbledon minħabba s-sigurtà.