400,000 passiġġier ieħor li għażlu li jtiru mal-kumpanija Ryanair se jkunu qed jiffaċċjaw kanċellazzjoni tat-titjira tagħhom. Dan ħabbritu l-kumpanija stess li ħabbret ukoll kif mat-315,000 klijent li kienu diġa affetwati minn titjiriet ikkanċellati se jingħatalhom voucher ta' valur li ma jaqbiżx it-€80 għal kull titjira.
Ryanair ħabbret ukoll illi 34 rotta se jiġu kkanċellati bejn Novembru u Marzu li ġej biex ikunu evitati iktar kanċellamenti li qajmu rabja u frustrazzjoni qawwija minn diversi passiġġieri, speċjlament Ingliżi.
S'issa kienu ikkanċellati 2,000 titjira tal-kumpanija u dan wara li kien kwistjoni dwar il-leave tal-piloti u nuqqas serju ta' piloti li jaħdmu mal-kumpanija.
S'issa ma kienx irrapurtat li l-ikkanċellar tat-titjiriet affetwa passiġġieri Maltin, jew passiġġieri li qed jagħmlu użu mill-Ajruport Malti.