Serb iweġġa' gravi fi ġlieda b'sikkina ma' Serb ieħor

It-tilwim bejn is-Serbi, li huma minn San Pawl il-Baħar, seħħ fi Triq il-Kavetta fil-Qawra fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu. 

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Serb ta’ 31 sena spiċċa sofra ġrieħi gravi wara li kien involut fi ġlieda ma’ Serb ieħor ta’ 37 sena.

It-tilwim bejn is-Serbi, li huma minn San Pawl il-Baħar, seħħ fi Triq il-Kavetta fil-Qawra fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

Fuq il-post waslu Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lis-Serb ta’ 31 sena għall-kura l-isptar Mater Dei, wara li kien intlaqat mis-Serb l-ieħor b'arma li taqta' u bil-ponta. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.   

More in Kronaka