Somalu ta’ 19-il sena nżamm arrestat wara li kien arrestat mill-Pulizija meta tela’ fuq il-bejt ta’ residenza f’Birżebbuġa.
Ahmed Abduwili, li tressaq b’idejh marbutin u bil-maskra biex ma jobżoqx, kien akkużat li daħal fi propjetá privata, irrifjuta li jagħti d-dettalji lill-Pulizija, ma obdiex l-ordnijiet mogħtija lilu, tkellem ħażin fil-pubbliku u li rreżista l-arrest.
Fl-awla tal-Qorti, is-Somalu beda jagħmel ġesti strambi, jinbaħ u jitgħawweġ, bl-Ispettur tal-Pulizija jenfasizza li kien qed jagħmel hekk biex jidher li taparsi għandu problemi mentali sabiex jevita l-ħabs.
Intqal li saru l-eżamijiet mediċi fuq is-Somalu mit-tobba li ċċertifikawh li huwa f’sikktu.
Peress li ż-żagħżugħ ma ta l-ebda risposta li tagħmel sens għall-mistoqsijiet li saru, l-Maġistrat iddeċidiet li għandu jinżamm arrestat.