Titjiriet affetwati wara li kellu jingħalaq l-ispazju tal-ajru

L-Air Traffic Services dalgħodu ntlaqtet minn sajjetta li kkawżat ħsarat tekniċi fl-apparat

Ritratt | Facebook MIA
Ritratt | Facebook MIA

L-Air Traffic Services dalgħodu ntlaqtet minn sajjetta li kkawżat ħsarat tekniċi fl-apparat.

Bħala prekawzjoni, twaqqaf b’mod temporanju l-operat tal-ajruplani li jgħaddu minn fuq l-ispazju tal-ajru ta’ Malta sakemm issolviet il-problema.

It-titjiriet li ġew affetwati kienu Ryanair FR7591 u FR7592 minn u lejn Fiumicino f’Ruma rispettivament, Wizzair W67766 lejn Skopje u tnejn tal-Air Malta KM116 lejn Gatwick f’Londra u KM306 lejn Munich.  

Is-sistemi tal-Malta Air Traffic Services ġew lura għan-normal u l-operat qed jerġa’ jinnormalizza ruħu.

More in Kronaka