Nhar is-Sibt li għadda, ftit minuti qabel il-konfront domestiku bejn Paris Saint-German u Bordeaux, il-Pulizija Franċiża sabet strument splussiv f'żona viċin l-istejdjum Parc des Princes ġewwa Pariġi.
Sorsi li tkellmu mal-pulizija Franciża qalu li, l-instrument splussiv kien magħmul minn diversi ċilindri tal-gass mxarba fil-pitrolju.
Skond l-istess sorsi, ħames min-nies sfaw arrestati fuq il-post, fosthom persuna b'rabtiet mal-Iżlam Radikali.
Mal-50,000 elf spettatur, kienu mistennija jattendu l-logħba mill-'Ligue 1' ta' Franza.
Din mhix l-ewwel darba li stejdjum tal-futbol kien fil-mira ta' xi attakk terroristiku, hekk kif lura għal Frar tal-2016, fil-logħba bejn Franza u l-Ġermanja, tlett persuni tilfu ħajjithom, wara li numru ta' bombi suwiċidi ħasdu l-Stade de France f' Saint Denis.