Raġel jittajjar minn karozza u jsofri ġrieħi gravi

L-inċident seħħ dan il-lejl u l-investigazzjoni tal-PUlizija għadhom għaddejjin

Ilbieraħ filgħaxija, għall-ħabta tal-10:00 p.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta, Ħal Lija. Il-Pulizija mill-Għassa ta’ Birkirkara marru immedjatament fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li raġel ta’ 67 sena, residenti Ħal Lija stess, għal xi raġuni, safa milqut minn vettura tat-tip Honda Civic li kienet qiegħda tinstaq minn raġel ta’ 51 sena li joqgħod il-Mosta.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 67 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn iktar tard ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

 

 

 

 

More in Kronaka