Raġel armat b'oġġett tal-ħadid jaħrab bi flus kontanti
Raġel armat b’oġġett tal-ħadid wettaq serqa minn ħanut li jinsab fi Triq l-Isqof Caruana fl-Msida.
Is-serqa saret għall-2.30 ta’ wara nofsinhar meta fil-ħanut kien hemm raġel ta’ 54 sena mis-Siġġiewi.
Ħadd ma weġġa’ f’din is-serqa.
Fuq il-post issejħu l-Pulizija li jinsabu għaddejjin bl-investigazzjonijiet.