Dalgħodu, għall-ħabta tas-7:30 p.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq is-Sebħ, l-Imrieħel (Mrieħel bypass). Il-Pulizija mid-Distrett ta’ Ħal Qormi marru minnufih fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ li sar, irriżulta li għal xi raġuni kien seħħ impatt bejn mutur tat-tip Kawasaki VN800 u karozza tal-għamla Hyundai I20.
Is-sewwieq tal-mutur, li għandu 58 sena, residenti Għajnsielem, sofra xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Iktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
Żagħżugħa ta’ 19-il sena, residenti Ħal Qormi li kienet qiegħda ssuq il-Hyundai I20 ukoll ingħatat l-assistenza medika minħabba li kienet qiegħda ssofri minn shock.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja