Sawwatha, stupraha quddiem it-tfal u ħarab lejn Malta

...Issa jinsab arrestat wara sejħa internazzjonali mill-Awtoritajiet Taljani biex iservi sitt snin ħabs lura f'pajjiżu

Raġel Taljan b'sentenza ta' sitt snin priġunerija, bħala kundanna fuq rasu wara li nstab akkużat bi stupru u anke vjolenza domestika, ittella il-Qorti wara li rriżulta li kien maħrub minn pajjiżu, hawn Malta. Ir-raġel li kien qed jgħix f'Marsaskala kien akkużat li ta' xeba' lis-sieħba tiegħu u stupraha ħdejn it-tfal, li dak il-ħin kienu reqdin. 

Il-Qorti spjegat kif dan it-Taljan kellu żewġ għażliet, jew jitlaq minn jeddu jew inkella ma jaqbilx li jitlaq u allura jibdew proċeduri kontrieh biex iħalli l-pajjiż. 

It-Taljan m'aċċettax li jitlaq minn jeddu u allura l-każ tal-estradizzjoni tiegħu se jkomplu nhar it-Tnejn. 

 

 

More in Kronaka