Gravi wara impatt bejn il-mutur li kien qed isuq u karozza

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 fi Triq tal-Labour fin-Naxxar bejn karozza u l-mutur

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Raġel kellu jittieħed l-isptar għall-kura wara li sofra ġrieħi gravi meta kien involut f’inċident.

Dan l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10 fi Triq tal-Labour fin-Naxxar bejn karozza u l-mutur li kien qed isuq ir-raġel ta’ 32 sena.

Minn stħarriġ preliminari tal-Pulizija jirriżulta li l-mutur, li kien misjuq mir-raġel u li miegħu kien hemm mara ta’ 26 sena, kien involut f’impatt ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 28 sena min-Naxxar.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku b’ambulanza li ħadu lir-raġel u l-mara li kienu fuq il-mutur lejn l-isptar Mater Dei għall-kura. Il-mara ġarrbet ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.

More in Kronaka