Bi ġrieħi serji wara li tilef il-kontroll tal-mutur

L-inċident seħħ fi Triq l-Iskal f'Wied il-Għajn 

Ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-8.50pm seħħ inċident tat-traffiku f’Wied il-Għajn fejn raġel spiċċa ġarrab ġrieħi serji.

L-inċident seħħ fi Triq l-Iskal meta r-raġel ta’ 38 sena minn Bormla, tilef il-kontroll tal-mutur li kien qed isuq.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u ta’ tim mediku li ħadu lir-raġel l-isptar għall-kura.

Fuq dan il-każ issejħet inkjesta Maġisterjali mill-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Strafrace u l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka