Raġel gravi u kelb imut f'inċident fl-Imġarr

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.10am

Ritratt | Media Police
Ritratt | Media Police

Raġel ta’ 57 sena mix-Xewkija sofra ġrieħi gravi wara inċident li seħħ fi Triq Sir Temi Zammit fl-Imġarr f’Malta.

L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7.10am, meta kien hemm impatt bejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena mill-Għarb u ‘pickup’ misjuq mir-raġel mix-Xewkija.

Ġuvni ta’ 25 sena li kien passiġġier fil-‘pickup’ ma sofra l-ebda ġrieħi filwaqt li r-raġel ta’ 30 sena sofra ġrieħi ħfief.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija u tim mediku minn Mater Dei b’ambulanza li ħadu l-irġiel l-isptar għall-kura.

Issejħet ukoll ambulanza tal-annimali hekk kif intlaqat kelb li kien qed jaqsam, li iżda sfortunatament miet fuq il-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka