Ir-raġel kien involut f'argument ma' raġel ieħor
Raġel spara tiri wara argument li kellu ma raġel ieħor.
L-isparatura seħħet għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq Santa Marija f’Ħal Għaxaq.
Fuq il-post waslu l-Pulizija mit-taqsima tar-Rapid Intervention.
Ir-raġel li spara ġie arrestat.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.