Issekwestrati $17,000 fi flus kontanti mhux iddikjarati

Passiġġier mill-Oman li wasal Malta minn Bengażi fuq ajruplan privat naqas li jiddikjara l-flus mad-Dwana

Uffiċjali tad-Dwana fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta ssekwestraw b’aktar minn $17,000 fi flus kontanti, li jammontaw għal aktar minn €14,000, li ma kienux iddikjarati.

Passiġġier mill-Oman li wasal Malta minn Bengażi fuq ajruplan privat, naqas li jiddikjara mad-Dwana li kellu fuqu $27,000 jew kważi €23,000.

Meta kien qed jgħaddi mill-ajruport, l-uffiċjali tad-Dwana sabu l-flus moħbja f’sitt pakketti tas-sigaretti tad-‘duty free’.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin u r-raġel mill-Oman se jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin.

More in Kronaka