Daniż ta’ 73 sena tilef ħajtu meta kien qed jogħdos f’Għawdex.
Il-Pulizija ta’ Għawdex ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza fix-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem hekk kif bdiet tfittxija intensiva flimkien mal-Forzi Armati ta’ Malta u membri tal-Protezzjoni Ċivili. Aktar tard intlemaħ il-katavru tad-Daniż fl-inħawi tal-Armier.
Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Paul Coppini li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jgħinuh.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.