Dijanjosi medika żbaljata tħarbat il-ħajja ta’ omm
It-tabib personali għamel gwerra’ iżda ma ngħatax risposta mill-awtoritajiet
minn Liam Carter
"Kelli naqbeż minn fuq is-sodda u nitkaxkar biex inċempel l-ambulanza"
Sylvia Camillieri mara li, kienet iċċertifikata li kellha l-marda tal-Addison, meta fil-fatt minn rapport mediku ftit żmien irriżulta li dan ma kienx minnu, ilha madwar erba’ snin u nofs tipprova tikseb ġustizzja.
Din id-dijanojsi żbaljata kienet ta’ detriment għaliha, hekk kif il-mediċina li qalulha tieħu, ħolqitilha bosta problemi fosthom dawk ta’saħħa mentali.
Sylvia Camillieri, ta’ 62 sena, ilha għal numru ta’ snin tbati mill-marda tad-diabete. Għalhekk bħala norma, kull sitt xhur Sylvia tagħmel test tad-demm.
Lura għall-2012 waqt wieħed minn dawn it-testijiet regolari tad-demm, it-tabiba ċċertifikatha bil-marda tal-Addison.
Persuna li sfortunatament tbati minn dil-marda (ara isfel), ikollha tibda tieħu l-isteroids sabiex tissostitwixxi l-ormoni neċessarji nieqsa.
Sylvia tispjega b’dieqa imma b’rabja fl-istess ħin mal-ILLUM kif it-tabiba, tatha struzzjonijiet ċari sabiex jirnexxilha tikkontrola din il-marda kerha. Meta tkun qed tħossok agħar żidhom kienet qaltli u meta tkun ħażin ħafna ċempel iċ-ċentru tas-saħħa ħalli jagħtuk l-injection; tkompli tirrakonta Sylvia.
Hi segwiet il-parir mediku tat-tabiba iżda ma damitx wisq sakemm bdiet tesperjenza effetti pjuttost negattivi.
“Wara li bdejt noħodhom, bdejt inbati minn ħafna ħass ħażinijiet. Darba waħda ċemplit lit-tabiba inkwetata. Hi dejjem qaltli li dawn kienu effetti kaġun tal-marda.”
Iż-żmien kompla għaddej, Sylvia issa b’diffikultajiet ġodda fil-ħajja, però l-kuraġġ u d-determinazzjoni tagħha kien bastun sabiex hi tkompli tgħix il-ħajja tagħha bl-istess mod ta’ kif kienet tagħmel qabel.
Ħabat li ftit ta’ żmien wara, waqt li Sylvia kienet tinstab id-dar weħidha, mingħajr mistenni, taha ħass ħażin. Hi tirrakkonta d-diffikultà li sabet sabiex irnexxielha ċċempel ambulanza.
“Ma stajtx inkellmu, l-operatur tal-ambulanza meta ċemplit, dahri ma bdejtx nħossu, kelli naqbeż minn fuq is-sodda u nitkaxkarha sal-bieb, daqsekk kont ħażin.”
Ftit tal-ħin wara , tasal l-ambulanza, u tieħu lil Sylvia l-isptar, mill-ewwel jilqagħha tabib, li jagħtiha l-aħbar kerha. Sylvia kienet qiegħda taħt l-effett ta’ ‘overdose’ mill-pilloli preskritti lilha.
Syliva minn hemm tirrakkonta l-effetti koroh u ta’ detrmient li bdew b’riżultat ta’ dan l-inċident, hekk kif ftit żmien wara, hi kellha tfittex ukoll għajnuna psikjatrika u kif anke għamlet ġranet sħaħ ġewwa l-‘psychatriac unit’.
Fost il-mediċina preskritta lilha kien hemm, Fludrocortisone u Hydrocortisone. Jekk wieħed jaqra l-karta annessa mal-pilloli faċli jara lista kbira ta’ effetti sekondarji tal-marda li jibdew minn; pressjoni għolja, telf tal-vista, bidliet fil-burdata u saħansitra anke sentimenti ta’ dipressjoni.
“Moħħi ma baqax jiffunzjona qaltilna Sylvia, kemm-il darba werwirt lil dawk qrib tiegħi. Niftakar darba werwirt it-tifla bil-kliem li għidtilha.”
“Imbagħad kienu tawni struzzjonijiet sabiex nibda nieħu xi pilloli għall-għajnuna mentali. Bdejt bil-pilloli l-kalmanti” tispjegalna Sylvia.
Tiskopri li m’għandhiex l-Addison
Però l-istorja tikkomplika ruħha hekk kif ftit wara dan l-inċident Sylvia għamlet żewġ testijiet eleborati ,f’laboratorji lokali kif ukoll barranin. Ħabat li tnejn li huma kellhom riżultat negattiv għall-marda tal-Addison. (ara dokument 1)
Sylvia tirrakkonta l-esperjenza tagħha meta marret tiġbor ir-riżultat miċ-ċentru tas-saħħa.
Hi qaltilna kif il-professur inkarigat mit-test tagħha, ma riedx jgħaddilha r-riżultat finali.
“Il-professur ma riedx jagħtini r-riżultat għall-ewwel imma mbagħad eventwalment tahuli” tirrakkonta Sylvia.
Sylvia tgħidilna kif minn hawn ’il quddiem hi bdiet tibgħat u tagħmel sensiela ta’ ittri, telefonati u kull tip ta’ korrispondenza possibbli sabiex l-awtoritajiet ikkonċernati jagħmlu emenda li hi mhux veru tbati minn dik il-marda serja. Fosthom hi bagħtet ittra lill-Ministru tas-Saħħa ta’ dak iż-żmien Joe Cassar, li kien irrispondieha, kif ukoll diversi ittri lill-‘customer care’. Riċentament, Camilleri qalet li għamlet kuntatt mal-Ministru preżenti.
Sylvia qalet lil din il-gazzetta kif kemm-il darba ppruvat tagħmel kuntatt mal-awtoritajiet ikkonċernati, saħanistra anke b’kuntatt mal-Ombudsman.
It-tabib personali tal-familja ta’ Sylvia ‘għamel gwerra’, tgħidilna però xorta waħda ma ngħatax risposta mill-awtoritajiet.
Għalhekk donnu kollox waqa’ fuq widnejn torox.
Staqsejt lil Sylvia kif it-tabiba kienet tagħtha d-dijanjosi bil-marda tal-Addison’s
“Ma nafx , jien meta kont mort għad-demm, kienet qaltli li għandi l-livell ta’ ormoni (cortisols) baxxi, però jien kont għidtilha li kien għadu kemm imutilna tifel u għalhekk kont stressjata”, spjegat Sylvia.
Naturalment wieħed jista’ jimmaġina kif din il-mediċina magħmula tista’ taffettwa s-sanità tal-bniedem.
Sylvia tkompli tkellimna fuq ħajjitha wara li tneħħew l-isteroids mis-sistema tagħha;
“Kienet iebsa, dejjem nibki, dejjem bil-biża’. Għadni s’issa mbeżża’ li ma rridx nidħol l-isptar. Li kieku ma kinux tal-familja ma nafx x’kien jiġri minni. Kienet tbatija kbira.”
Sylvia sal ġurnata tal-llum, għadha ma tafx għalfejn f’ħames snin l-awtoritajiet ikkonċernati, m’emendawx ir-rekords mediċi tagħha meta din uriethom evidenza ċara li hi veru ma tbatix mill-marda tal-Addison.
(Il-gazzetta ILLUM iddiskutiet mas-sinjura Camilleri jekk tixtieqx tibqa’ anonima, kemm is-sinjura Camillieri kif ukoll ir-raġel taggħa li kien preżenti għall-intervista riedu li l-isem jiġi ppubblikat.)
X’inhi il-marda tal-Addison
Il-marda tal-Addison magħrufa wkoll bħala l-marda ta’ insuffiċjenza adrenali primarja jew ‘hypoadrenalism’ hija diżordni rari tal-glandoli adrenali.
Il-glandoli adrenali huma dawk l-glandoli li jipproduċu diversi tipi ta’ormoni bħal l-adrelelina filwaqt li jipproduċu wkoll żewġ sterojdi essenzjali, ‘aldosterone’ u ‘cortisol’.
Dawn iż-żewġ glandoli żgħar, jinsabu ftit il-fuq mil kliewi.
Is-sintomi jinkludu uġigħ madwar iż-żaqq, dgħjufija, u telf ta 'piż . Barra min hekk jista’ jkun hemm dardir tal-ġilda f'ċerti żoni.
Mard adrenali jista jkun kawża ta’ pressjoni baxxa tad-demm, ugigħ fid-dahar t’isfel,telf tas-sensi u stress.
Il-marda ta 'Addison hija kkurata b'mediċina biex tissostitwixxi l-ormoni nieqsa. Għalhekk panzjent ikollu bżonn jieħu l-mediċina għall-bqija tal-ħajja tiegħu.
Hu mifhum li bejn wieħed u ieħor mal 1.2% tan-nies kollha li jgħixu f’pajjiżi żvillupati jbgħatu minn din il-marda.
X’inhuma l-effetti tal-mediċina li kellha tieħu Sylvia?
Fost l-oħrajn nsibu, raxx tal-ġilda, nefħa tax-xufftejn tiegħek, wiċċ, jew ilsien. Infezzjon, is-sintomi jistgħu jinkludu: deni, sirda, ġrieħi tal-ġisem, bidliet fil-vista jew uġigħ fl-għajnejn, bidliet fl-emozzjonijiet jew fil-burdata, inklużi:depressjoni, bidliet tal-burdata, bidliet fil-personalita’, żieda mhux tas-soltu fil-piż, uġigħ ta 'ras qawwi jew kontinwu, toħroġlok dijabete jew li tmur għall-agħar, taħbit tal-qalb anormalit, għeja estrema jew dgħjufija...