Bormliża gravi wara li tintlaqat minn karozza

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu fi Triq Fuq San Pawl f’Bormla

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Bormliża ta’ 68 sena spiċċat sofriet ġrieħi gravi wara li ntlaqtet minn karozza misjuqa minn mara oħra ta’ 33 sena minn San Ġiljan.

L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.30 ta’ filgħodu fi Triq Fuq San Pawl f’Bormla.

Fuq il-post waslu l-Pulizija u l-mara minn Bormla ttieħdet iċ-Ċentru tas-Saħħa għall-kura meħtieġa.

L-Investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka