Raġel ta' 71 sena involut f'ħabta u jispiċċa f'qagħda gravi

L-aċċident seħħ fi Triq Mannarinu Birkirkara...l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin

Dalgħodu għall-ħabta tas-6:45 a.m. il-Pulizija ġiet infurmata li kien għadu kemm seħħ inċident stradali fi Triq Mannarinu, Birkirkara. Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post, fejn minn stħarriġ preliminari illi sar irriżulta li kien seħħ impatt bejn vettura tat-tip Toyota Tercel misjuqa minn raġel ta’ 71 sena residenti Santa Venera u vann tat-tip Isuzu li kien qiegħed jiġi misjuq minn ġuvni ta’ 23 sena residenti Ħal Tarxien.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel ta’ 71 sena l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

More in Kronaka