Fi stqarrija l-Pulizija sostnew li qatt ma saret talba biex l-eksplejer tal-futbol Darren Debono jiġi estradit lejn Malta mill-Italja.
Il-Maltatoday irrappurtat kif il-Ministru għall-Intern Michael Farrugia mhux jeskludi li membri mill-Korp jmorru l-Italja biex jinterrogaw lil Darren u ħuh Gordon Debono dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Il-Ministru Farrugia qal li r-rabtiet eċċellenti tal-Pulizija Maltija ma dik barranija wasslet biex jiġu identifikati persuni li jistgħu jiġu interrogati.
L-aħwa Debono kienu ġew arrestat b’rabta ma’ ħidma ‘Dirty Oil’ tal-awtoritajiet Taljani fl-allegat kuntrabandu taż-żejt mil-Libja.
Darren Debono kien ġie arrestat f’Lampedusa jiem wara li Daphne Caruana Galizia nqatlet b’karozza bomba.
Fil-midja Taljana qed ikun allegat li hemm konnessjoni bejn iż-żewġ każi.