Jammetti li kien mhedded bl-użura biex jieħu lura l-passaport

Uffiċjali ta’ Identity Malta għaddew l-informazzjoni kollha lill-Pulizija sabiex isiru l-investigazzjonijiet

Filippin, li kien skadilu l-permess biex joqgħod f’Malta, ammetta li kien mhedded bl-użura biex jieħu lura l-passaport, li kien itteħidlu minn barranija miżżewġa Malti.

Uffiċjali ta’ Identity Malta għaddew l-informazzjoni kollha lill-Pulizija sabiex isiru l-investigazzjonijiet.

Il-Pulizija interrogaw lill-barranija li ammettiet l-akkużi mressqa kontriha.

Huwa mistennija li ż-żewġ persuni, li m’għandhomx konnessjoni ma’ Identity Malta, se jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin.

More in Kronaka