Tfajla ta’ 26 sena minn Ħal Lija sofriet ġrieħi gravi wara inċident li seħħ f’Ħal Qormi.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-7.50 ta’ filgħodu meta t-tfajla, li kienet qed issuq mutur, kienet involuta f’ħabta ma’ karozza misjuqa minn żagħżugħ ta’ 18 sena minn Ħal Qormi.
Fuq il-post issejħet għall-assistenza tal-Pulizija kif ukoll tim mediku li ħadu liż-żagħżugħa l-isptar għall-kura.
Is-sewwieq tal-karozza ma sofra l-ebda ġrieħi.
L-investigazzjoniiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.