L-FBI ilhom ġimgħat iħarsu fil-fond lejn it-tip ta’ bomba u l-kwalità tad-detonators li ntużaw fil-qtil brutali ta’ Daphne Caruana Galizia, xahar wara l-inċident ikrah fil-Bidnija hekk kif telqet mid-dar tagħha.
Sorsi infurmati viċin ħafna tal-investigazzjoni qalu lill-gazzetta ILLUM li l-oriġini tal-materjal konness mal-bomba u d-detonaturi se jagħtu dawl kruċjali fuq min seta’ kien wara dan il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Għalkemm ma’ hemm l-ebda konferma konklussiva jidher li l-materjal jista’ joriġina minn pajjiż ieħor u aktarx mil-Lvant tal-Ewropa.
Li huwa ċar li l-bomba saret minn id professjonali u kellha l-firma ta’ xi ħadd b’esperjenza twila u mhux neċessarjament mhux konnessa ma’ entita militari.
Iktar importanti l-preparazzjoni tal-bomba kienet tmur lura sa erba’ xhur qabel. Jekk din tiġi kkonfermata tista’ tqanqal tħassib serju dwar il-mottiv.
Sorsi ta’ min jorbot fuqhom qalu li l-FBI kellhom interess partikolari f’dan il-każ u qed jaraw paralleliżmu ma’ każijiet oħra li seħħew barra minn Malta.
Tkomplew jitkellmu maI-llum u ntqal ukoll li l-istejjer dwar iż-żejt jew aħjar dwar il-bejgħ taż-żejt huwa diverżjoni mill-vera mottiv li jista’ jkun aktar ikkumplikat milli wieħed qed jaħseb.
“Hemm attentat organizzat biex il-midja tirrapporta aħbar partikolari, mhux ċar għaliex,” qalilna sors.
Min kellimna qalilna li l-investigaturi qed iħarsu lejn tliet forom ta’ mottiv: vendetta jew tpattija, intervent biex twaqqaf il-Caruana Galizia mill-kitibiet, azzjoni biex il-qtil jħalli koas lokali.
Is-sors qalilna li fl-indaġini hija dik li hi, u minkejja ċ-ċokon ta’ Malta, huwa minnu li min għamel il-bomba jista’ jkun ma jinstabx imma jista’ jkun li mottiv għal dan il-qtil jiġi solvut.