Xlukkajr imut wara li jinqaleb bit-trattur

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ wara nofsinhar fl-inħawi ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk.

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Xlukkajr ta’ 74 sena tilef ħajtu wara li nqaleb bit-trattur. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1 ta’ wara nofsinhar fl-inħawi ta’ Xrobb l-Għaġin f’Marsaxlokk.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija wara li t-trattur inqaleb u fih kien hemm l-anzjan.

Huwa ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ordnat li ssir inkjesta u ħatret numru ta’ esperti biex jassistuha fl-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka