Jinsterqu ċ-ċrieket mill-vara ta’ San Ġużepp tal-Kalkara

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li l-ħallelin sgassaw tieqa li tinsab mal-ġenb tal-knisja

Il-Knisja Parrokkjali ta’ San Ġużepp fil-Kalkara kienet il-mira ta’ ħallelin.

L-ILLUM hija infurmata li kien għall-ħabta tas-7.15 ta’ dalgħodu meta l-Pulizija ġew infurmati u marru fuq il-post.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jirriżulta li l-ħallelin sgassaw tieqa li tinsab mal-ġenb tal-knisja.

Ritratt | San Ġużepp tal-Kalkara
Ritratt | San Ġużepp tal-Kalkara

Il-ħallelin baqgħu sejrin lejn in-niċċa tal-vara titulari ta’ San Ġużepp fejn minn hemmhekk serqu ċ-ċrieket tad-deheb.

Jidher li nsterqu wkoll madwar €100 fi flus mill-kaxxi tad-donazzjonijiet.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan il-każ għadhom għaddejjin.  

More in Kronaka