Russu ta’ 47 sena ndarab serjament meta kien qed jorbot ċima li daret miegħu u spiċċa nqabad fil-magna li tiġbed il-ħbula.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.30 ta’ filgħaxija fuq bastiment li kien jinsab aktar minn 9 mili nawtiċi ‘l barra minn Żonqor Point f’Wied il-Għajn.
Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ħelikopter.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Yana Micallef Stafrace li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija fuq dan l-inċident għadhom għaddejjin.