Aġġornata | Priġunerija għal żagħżugħ li ffroda lil Silvio Parnis

Ir-rapport tas-Segretarju Parlamentari wassal biex iż-żagħżugħ tressaq il-Qorti

Żagħżugħ ta’ 28 sena ngħata s-sentenza ta’ tliet snin priġunerija u ordnat li joħroġ mill-vizzju ta-droga wara li tressaq il-Qorti mixli li ffroda lil Silvio Parnis aktar minn €5,000 u li sar reċediv.

Fil-Qorti ntqal li ż-żagħżugħ kien qed imur jixtri minn ħanut, jgħid li kien bagħtu Parnis u ma jħallasx tal-affarijiet li jieħu.

Intqal ukoll li ż-żagħżugħ kien ibiegħ l-oġġetti li akkwista biex jixtri d-droga.

Aktar kmieni:

Is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali Silvio Parnis fl-aħħar jiem għamel rapport lill-Pulizija dwar eksmembru fis-Segretarjat Privat tiegħu, li allegatament fl-aħħar jiem iffroda lill-istess Segretarju Parlamentari.

Ir-rapport tas-Segretarju Parlamentari wassal biex din il-persuna titressaq il-Qorti wara li saru l-investigazzjonijiet mill-Pulizija.

More in Kronaka