Isofri ġrieħi gravi fi ġlieda f'San Ġiljan

Żagħżugħ spiċċa bi ġrieħi gravi wara ġlieda ma' żagħżugħ ieħor

Ritratt | Arkivji
Ritratt | Arkivji

Żagħżugħ 19-il sena mill-Għargħur sofra ġrieħi gravi wara ġlieda li nqalet ma’ żagħżugħ ieħor mill-Floriana.

Il-ġlieda nqalet għall-ħabta tal-00.15 fi Triq San Ġorġ f”San Ġiljan u l-argument li fuqu nqalgħet il-ġlieda għadu mhux magħruf.

Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija kif ukoll ta’ tim mediku li ħadu liż-żagħżugħ imweġġa’ l-isptar għall-kura.

L-investigazzjonjiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

More in Kronaka