Jixxabbat ma' gallarija u jispiċċa l-isptar bi ġrieħi serji

....iktar kmieni dalgħodu fis-Swieqi

Matul il-lejl li għadda, għall-ħabta tas-2:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata li kien iddaħħal raġel l-isptar wara li waqa’ u weġġa’.

Minn stħarriġ preliminari li għamlet il-Pulizija mill-Għassa ta’ San Ġiljan, irriżulta li l-inċident seħħ fi Triq il-Gejża, is-Swieqi, għall-ħabta tas-2:00 a.m. fejn raġel Taljan safa’ ferut wara li allegatament ixxabbat ma’ gallarija baxxa sabiex jipprova jikseb aċċess għall-appartament tiegħu minħabba li kien issakkar barra.  Jidher li l-ġebel tal-istess gallarija ċeda, waqa’ u ġie fuq ir-raġel. 

Il-vittma li għandu 34 sena u joqgħod is-Swieqi, ittieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja. 

More in Kronaka