Għad għandna €300,000 dejn ma' Renzo Piano...jitla' l-Qorti b'ultimatum

Renzo Piano jitla' l-Qorti u jitlob lill-GHRC tħallsu €300,000...u jagħtihom ultimatum

Renzo Piano
Renzo Piano

Sentejn u aktar minn wara l-ftuħ tal-Parlament il-ġdid għadna midjunin ma' Renzo Piano. Dan jirriżulta minn każ il-Qorti illum hekk kif Piano tella lill-Grand Harbour Regeneration Project (GHRC) il-Qorti u talabhom iħallsuh it-€300,000 li kellhom ituh talli l-proġett tal-Parlament dam iktar biex tlesta. 

Fi protest fil-Qorti, Piano qal li l-ħlas kellu jsir lilu sa meta jkun komplut il-proġett. Issa, mhux talli hu komplet, talli ilu mill-2015 jintuża bħala Parlament. 

Piano ta' lill-GHRC jumejn ċans biex iħallsuh.

L-Avukat Franco Vassallo qed jidher għal Renzo Piano. 

 

More in Kronaka