Mara ta' 32 sena residenti San Ġwann flimkien ma' tarbija ta' ħames xhur sfaw milquta minn vettura kmieni dalgħodu fi Vjal Santa Luċija f'Raħal Ġdid.
Mill-istħarriġ preliminari tal-Pulizija, rriżulta li għall-ħabta tal-10.00am, mara u t-tarbija li kienet fil-'pushchair', sfaw milquta minn vettura tat-tip Mitsubishi Pajero li kienet qiegħda tinstaq minn żagħżugħ ta’ 19-il sena li joqgħod iż-Żejtun.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara u lit-tarbija l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li t-tarbija ma sofriet l-ebda ġrieħi, filwaqt li l-mara qegħda issofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.