Jinstab katavru fix-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem

L-identità tar-raġel u l-kaġun li wassal għall-mewt għadhom mhux magħrufa.

Ritratt | Kunsill Lokali Għajnsielem
Ritratt | Kunsill Lokali Għajnsielem

Ittella’ katavru mill-baħar fix-Xatt l-Aħmar f’Għajnsielem.

Kien għall-ħabta tas-2 ta’ wara nofsinhar li l-Pulizija ġew infurmati mill-Forzi Armati li kien intlemaħ raġel bla ħajja fil-baħar.

Il-katavru, li kien fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni, ddaħħal fil-port fl-Imġarr.

L-identità tar-raġel u l-kaġun li wassal għall-mewt għadhom mhux magħrufa.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa li ħatret numru ta’ esperti li qed jassistuha l-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

More in Kronaka